Kontrattakk

Il-programm numru wiehed il-Hadd fil-ghaxija!

Wara s-success tas-sena l-ohra bil-programm sportiv Line Up, din is-sena Events Services hasbet biex izzomm l-istess kuncett tas-sena l-ohra – dak ta’ programm ta’ diskussjoni u analizi dwar il-football lokali. L-isem tal-programm se jkun KONTRATTAKK, kelma li tintuza hafna drabi fil-loghba tal-football.

Wara KONTRATTAKK hemm team zaghzugh ta’ gurnalisti li flimkien se jkunu qed jahdmu biex jaghtu lit-telespettatur l-aqwa informazzjoni fuq il-football lokali. KONTRATTAKK se jkun qed jilqa’ mistiedna esperti fil-futbol lokali u l-protagonisti infushom li jzommu dan l-isport haj.

Ma jonqsux ukoll l-aqwa features li jkomplu jaghmlu dan il-programm segwit il-Hadd fil-ghaxija. KONTRATTAKK se jkollu l-prezentazzjoni tal-gurnalista sportiva Catherine Xuereb, meghjuna minn Bryan Borg li se jkun qed jaqsam din l-avventura sportiva ghall-ewwel darba ma’ Events Services.

Il-korrispondenta sportiva Caroline Attard ghal darbóhra se tkun qed iddur madwar il-protagonisti li jhawwru l-loghba Maltija u se nsiru nafu hafna kurzitajiet interessanti … Bla ebda dubju, ir-rokna X’Qed Jinhema se tkun qed taghti wkoll dik l-informazzjoni li hafna mis-segwaci tal-futbol lokali jkunu qed jistennew, rokna li tqajjem kontroversja fl-istudjow u kemm-il darba tibqa’ ghaddejja anki wara li jkun spicca l-programm. It-telespettaturi huma mhegga jaghmlu kuntatt mal-programm KONTRATTAKK sew permezz ta’ l-email kontrattakk@gmail.com kif ukoll permezz ta’ l-SMS fuq 506 14914. Iktar informazzjoni dwar it-team ta’ Kontrattakk minn fuq www.eventsservices.tv